Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li minn Diċembru tal-2016 sa issa kien hemm 29 qarib ta’ persuna li tkun mietet u li ma kinitx donatur reġistrat, li ddeċidew li jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex issir donazzjoni tal-organi tal-persuni li tkun mietet.
Il-Ministru Fearne qal li minn Diċembru 2016 sal-2017 kien hemm 14 il-donatur, fl-2018 kien hemm 12 u fl-2019, sal-lum, kien hemm 3 donaturi.