Għall-ewwel darba, il-Gvern se jidħol fi grant agreements ma’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) fil-iskema Voluntary Organizations Projects Scheme (VOPS).
B’kollox intlaqgħu 23 proġett minn 77 applikazzjoni mis-settur volontarju, u b’kollox se tkun allokati€682,330 bejn 29 għaqda mhux govenrattiva u li lkoll huma affiljati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-NGOs.
F’konferenza ta’ l-aħbarjiet intqal li l-kumplament tal-fondi se jmorru f’fond biex f’Awwissu tinħareġ sejħa li minnha jkunu jistgħu jibbbenefikaw dawk li fl-ewwel sejħa ma kkwalifikawx.
Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-applikazzjonijiet li ntlaqgħu jkopru proġetti varji fosthom programm ta’ taħriġ ghall-immigranti, literacy fil-mużika fil-każini tal-baned, programmi sportivi u taħrig fis-sigurtà min-nirien.