Minn tal-anqas 29 persuna tilfu ħajjithom wara li xufier ta’ xarabank tilef il-kontroll tal-vettura u nqaleb biha f’Madeira, il-Portugall.
It-turisti fuq ix-xarabank kienu kollha Ġermaniżi. Sebgħa u għoxrin persuna oħra qed jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarrbu kawża tal-inċident.
Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll fi triq ewlenija fil-Gżira Portugiża, inqaleb bix-xarabank, u din tkaxkret mat-triq sakemm laqtet bejt ta’ dar privata.
Abbord ix-xarabank dak il-ħin kien hemm mal-55 persuna, inkluż is-sewwieq u gwida tat-turisti.
Ritratt: The Guardian