Kmieni dalgħodu komplew l-ispezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna, fil-Ħamrun, fil-Marsa u f’Santa Venera.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni u dawk mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, sabu tmienja u għoxrin persuna oħra li kienu qed jgħixu f’Malta b’mod irregolari.
Dawn il-persuni – mis-Senegal, mill-Ghana, mill-Gambja, mill-Mali, mill-Bangladesh, mis-Somalja, mill-Eritrea, min-Niġerja, mill-Pakistan u mis-Sirja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbeda l-proċess biex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI