Minn tal-inqas 28 persuna mietu filwaqt li oħrajn jinsabu maqbuda taħt l-art, wara li seħħet splużjoni f’minjiera tal-faħam fit-Tramuntana tat-Turkija.
Fil-ħin tal-inċident, li seħħ ilbieraħ, kien hemm madwar 110 ħaddiem fil-minjiera. S’issa ġew salvati 11-il persuna, b’ħaddiem minnhom irnexxielu jaħrab mit-taqbid waħdu.
Bħalissa għaddejja l-ħidma mill-membri tas-salvataġġ bit-tama li jinstabu aktar persuni ħajjin.
Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa, però, l-ewwel indikazzjonijiet qed juru li l-isplużjoni kienet ikkawżata minn gass naturali li joħroġ mill-faħam, illi jsir splussiv meta jitħallat mal-arja.
Iżda, se jkunu l-investigazzjonijiet mill-uffiċċju tal-prosekutur lokali li jiddeterminaw eżattament x’ġara.
Intant, il-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan mistenni jżur is-sit aktar tard mal-jum.
Ritratt: Kahraman Bekcili