Tmienja u għoxrin persuna nstabu jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari.
Dan intqal fi stqarrija mill-Pulizija, fejn spjegat li dawn il-persuni ġejjin mis-Sirja, in-Niġerja, il-Ghana, il-Libja, l-Indja u mill-Mali.
Huma nqabdu waqt spezzjonijiet li saru fl-akwati tal-monti tal-Furjana, kumpless tax-xiri biswit il-Park and Ride ta’ Ħal Qormi, kif ukoll minn residenzi fil-Ħamrun, San Ġwann, il-Mosta u Birkirkara.
Il-persuni kollha qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm jitlesta l-proċess ta’ ritorn.