279 tfajla tal-iskola fin-Niġerja nħelsu u rritornaw lejn djarhom wara li nħatfu minn militanti fil-pajjiż nhar il-Ġimgħa li għadda. Rapporti qed jgħidu li t-tfajliet inħatfu mill-iskola stess, u kienu qed jinżammu f’foresta fit-Tramuntana tal-pajjiż.
Hu mifhum li l-militanti talbu li jitħalsu xi flus għall-ħelsien tat-tfajliet, iżda mhux magħruf jekk l-Istat ta’ Zamfara ħallasx dan.
Ġimgħa ilu l-President tan-Niġerja kien ammetta li xi gvernaturi tal-istati fil-pajjiż ġieli ħalsu għall-ħelsien ta’ dawk li ġieli jinħatfu u talab biex il-Gvern tal-post jaħdem biex dan il-fenomenu jieqaf.