Erba’ nisa nqatlu u raġel jinsab f’kundizzjoni kritika wara numru ta’ sparaturi f’kumpless tax-xiri f’Burlington, fl-istat ta’ Washington, fl-Amerka.
Dan seħħ ftit tal-ħin ilu hekk kif il-pulizija għalqu l-aċċess lejn dan il-kumpless filwaqt li l-għajnuna medika waslet biex anki tgħin li xi nies li ndarbu.
Il-pulizija għadha mhiex ċerta jekk hemmx iżjed minn persuna waħda wara l-isparaturi u għad irid jiġi stabilit x’kien il-mottiv.
Numru ta’ persuni ġew evakwati lejn Knisja li tinsab viċin il-kumpless.
Wieħed minn dawn li nzerta rah b’għajnejh l-attakk iddeskriva l-allegat aggressur bħala raġel liebes il-griż iżda ma setax jgħid bl-eżatt jekk kienx hemm iżjed nies li sparaw li telqu qabel waslu l-pulizija.