Bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar t’Awwissu, saru 3,311 sejħa għall-emerġenza. Minn dawn, 276 kienu foloz. Jiġifieri każiiet fejn nies ċempu fuq in-numru 112, pero’ rriżulta li ma kienet emerġenza xejn.
Din kienet informazzjoni li provda l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela meta wieġeb għall-mistoqsijiet tal-Membru Parlamentari Silvio Schembri.
Sejħiet foloz jirriżultaw f’telf ta’ ħin f’każ li verament ikun hemm emerġenza. Realtà li l-awtoritajiet huma konxji tagħha, tant li f’messaġġi ta’ promozzjoni u edukazzjoni, dejjem iħeġġu lill-pubbliku jċempel fuq in-numru ta’ emerġenza jekk tkun emerġenza biss.