Il-bastiment tal-Open Arms b’273 immigrant abbord se jidħol f’Palermu fi Sqallija.
Fl-aħħar sigħat, l-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms bdiet titlob lil Malta biex taċċetta li jiġu żbarkati l-immigranti li hemm abbord il-bastiment tagħha f’pajjiżna iżda l-Gvern Malti rrifjuta li jagħmel dan.
Il-Gvern Malti żamm mal-pożizzjoni soda tiegħu u din l-aħħar azzjoni b’saħħitha ta’ Malta ssegwi oħra tas-Sibt li għadda meta immigranti li kienu fuq tanker Daniż Etienne Maersk kienu kostretti li jiddaħħlu f’Pozzallo, fi Sqallija.
Għall-ġimgħat sħaħ kien hemm pressjoni kbira fuq Malta biex iddaħħal l-immigranti iżda l-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li ma jdaħħalx dawn l-immigranti li marru abbord bastiment Daniż wara li kienu f’żona ta’ tiftix u salvataġġ tat-Tuneżija.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/15/malta-tirrifjuta-li-bastiment-tal-open-arms-idahhal-273-immigrant-fpajjizna/