Bejn l-2014 u l-bidu ta’ Ottubru ta’ din is-sena, il-ġudikatura f’Malta u Għawdex, tat total ta’ 27,050 siegħa f’servizz fil-komunità.Meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Silvio Grixti, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li minn dawn, 25,870 siegħa ngħataw mill-qrati f’Malta u 1,180 mill-qrati f’Għawdex.
Ix-xogħol twettaq kien ma’ persuni b’diżabilità, f’manutenzjoni ġenerali, tisbiħ ta’ ġonna, bini ta’ ħitan tas-sejjiegħ, hairdressing u ħjata, xogħol klerikali, f’santwarji tal-annimali, xogħol ta’ tindif, xogħil fil-kċina u xogħol ta’ inġinerija.
Il-Ministru Bonnici qal li f’Għawdex, fejn isir ix-xogħol ikun deċiż mid-Dipartiment tal-Probation u Parole.