Bħalissa f’pajjiżna hawn madwar 251 tifel u tifla li bħalissa qed jgħixu ma’ foster carers.
Dan ħabbru l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie mniedi hotline ġdid, 1778, immirat għal dawk il-familji li jixtiequ jiffosterjaw tifel jew tifla.
Grixti spjega li minkejja dan, bħalissa xorta hemm madwar 250 tifel u tifla oħra li qed jgħixu f’residenzi tat-tfal.
Huwa għalhekk li l-FSWS reġgħet fetħet l-appell għal aktar familji sabiex jiftħu qalbhom u djarhom għal tfal fostered.
Dan sabiex in-numru ta’ tfal li qed jgħixu f’residenzi tat-tfal ikompli jonqos.
Min-naħa l-Ministru Michael Falzon rringrazzja lil dawk kollha li bħalissa qed jifosterjaw it-tfal u tenna li dan huwa servizz essenzjali li dan il-Gvern kompla jsaħħaħ tul il-leġislaturi tiegħu.
Huwa spjega li foster carer tkun qed tagħti xi ħaġa li tifel jew tifla ma jkollux u tenna li qed inħares ‘l quddiem sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ikomplu jidħlu aktar miżuri sabiex dan is-settur tant delikat ikompli jissaħħaħ.
Fil-konferenza tkellmet ukoll il-Kap tad-Direttorat għas-servizzi tat-tfal Remenda Grech spjegat kif l-għan tad-Direttorat huwa li t-tfal jiġu integrati mill-ġdid u għal dan il-għan qed isiru kuntratti soċjali mal-familji bijoloġiċi bil-għan li fejn possibbli it-tfal ma jdumux fil-fostering.
Hija spjegat kif is-sena l-oħra, 9 mit-tfal li daħlu fil-foster reġgħu gew reintegrati fil-familja bioloġika tagħhom. Hija fakkret ukoll kif issa l-foster carers qed jintagħżlu minn bord ta’ professjonisti bil-għan li t-tfal jiġu fostered f’ambjent adegwat għalih.
Hija kompliet tispjega kif is-sena l-oħra kien hemm ħamsin familja li bdew it-taħriġ sabiex isiru foster caters u din is-sena diġà kien hemm 42 persuna li resqu b’interess sabiex isiru foater carers.
Min-naħa tiegħu, l-konsulent legali Dr Andy Ellul ta spjegazzjoni dwar il-liġi l-ġdida u dwar aktar emendi linse jagħtu aktar vuċi lil dawk l-aktar fil-bżonn.