Xejn inqas minn 270 arma ġew misjuba u miżmuma mid-Dwara fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, għax fihom kien hemm armi projbiti. Dawn kienu ppjanati li jmorru għand diversi persuni.
L-armi jinkludu gravity knives, knuckle dusters u slingshots.
Dawn l-oġġetti kienu b’xi mod jew ieħor iddikjarati mill-konsumaturi bħala apparat tal-kċina, pożakarti u ornamenti. F’każ minnhom issejħet l-għajnuna tal-Pulizija minħabba ammont kbir ta’ armi pprojbiti li kienu indirizzati lill-istess persuna.
F’każ separat, waqt tfittxija fuq passiġġieri li jaslu bil-katamaran, inqabdu madwar 50 pakketti tax-xixa li ma kinux iddikjarati, u borża bid-droga khat. Il-Pulizija żammew persuni għal aktar investigazzjonijiet.