Il-Parlament se jibda jiddiskuti l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Midja u l-Malafama fis-27 ta’ Marzu. Id-deċizjoni kienet komunikata lill-Oppożizzjoni mill-whip tal-gvern Godfrey Farrugia f’laqgħa tal-Kumitat permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra it-Tnejn fil-għaxija.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ppreżenta l-ewwel qari tal-abbozz, li qajjem kontroversja kbira, f’Ottubru li għadda.
Fost affarijiet oħra, l-abbozz jaħseb sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet dwar il-malafama, it-tneħħija ta’ libel kriminali fil-liġijiet dwar il-midja, l-introduzzjoni ta’ liġi ta’ tort ċivili ġdid ta’ inġurja, u r-regolamentazzjoni ta’ aħbarijiet fuq siti elettroniċi u servizzi ta’ ġrajjiet kurrenti.
L-Abbozz jinkludi diversi dispożizzjonijiet li jsaħħu l-libertà tal-midja billi jevita restrizzjonijiet sproporzjonati fuq ilġurnalisti f’kawżi ta’ libell filwaqt li jipproteġi lill-vittmi ta’ libell u inġurja permezz ta’ żieda fl-ammonti ta’ danni morali li jistgħu jingħataw.
Il-Kamra se tiddiskuti wkoll il-konfini l-ġodda elettorali fit-22 ta’ Marzu.
Il-Kumitat ġiet mgħarraf li hija l-intenzjoni tal-gvern li jagħmel Prim’Awla tal-qorti ċivili f’Għawdex. L-abbozz li jistabilixxi din se jiġi diskuss fl-14 ta’ Marzu.
Il-Kamra se taġġorna għall-btajjel tal-Għid fi-12 ta’ April u terġa’ tiltaqa’ fit-2 ta’ Mejju.