Bħal-lum 27 sena, disa’ persuni tilfu ħajjithom traġikament wara li seħħet splużjoni fit-tanker Libjan, Um El Faroud.
Dan seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija ġewwa baċir numru tlieta fit-tarzna ta’ Bormla, fejn seħħet splużjoni li dwiet mal-Kottonera u l-inħawi.
L-isplużjoni tant kienet qawwija li t-tanker kellu l-gverta mgħollija ‘l fuq u dak li kien hemm fuqha spiċċa fuq il-moll.
Id-disa’ vittmi f’din it-traġedija kienu: Carmelo Callus, George Aquilina, Simon Pisani, Mario Hales, Angelo Sciberras, George Xuereb, Paul Seguna, Anthony Vassallo u Simon Mifsud.
Sfortunatament dawn marru biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum u ma rritornawx lejn djarhom.
Sentejn ilu, f’għeluq il-25 sena minn din it-traġedja, ONE News tkellem ma’ omm wieħed mill-vittma.
Tista’ ssegwi dan is-servizz hawn taħt.