Fil-5 ta’ Settembru tal-1997, bħal-lum 27 sena, ħalliet din id-dinja Madre Tereża ħalliet din id-dinja, fl-età ta’ 87 sena.
Hija twieldet fis-26 ta’ Awwissu tal-1910, fl-fi Skopje, li f’dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Imperu Ottoman.
Fl-età ta’ 18-il sena marret l-Irlanda u minn hemmhekk bdiet triqtha biex tgħin lil dawk vulnerabbli.
Sena wara marret l-Indja għal missjoni biex tgħin lil dawk l-aktar fqar f’Kalkutta. Hemmhekk hi waqfet lis-sorijiet tagħha, li huma mifruxin madwar id-dinja sabiex jgħinu lit-tfal, fost oħrajn.
Fl-1979, Madre Tereża rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi.
Fl-4 ta’ Settembru tal-2016, il-Papa Franġisku ddikjara lil Madre Tereża bħala qaddisa.
Propju llum, fil-5 ta’ Settembru, il-jum li ħalliet din dinja hu l-jum iddedikat lil Madre Tereża.