Bħal-lum 27 sena l-Partit Laburista kellu dar ġdida. Dan hekk kif sena qabel l-elezzjoni tal-1996, il-Partit Laburista ċċaqlaq mill-Maċina fil-Kottonera għall-Ħamrun.
Din id-dar ħadet is-sura tagħha hekk kif diversi attivisti ħadmu biex iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista sar id-dar tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista fakkar din il-ġurnata permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali.
Hawnhekk il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista qal kif iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se jibqa’ d-dar li minnha jimbtu l-ideat progressivi biex il-Partit Laburista jkompli jbiddel pajjiżna.