27 persuna tilfu ħajjithom wara splużjoni fil-belt ta’ Quetta. Dan waqt li kienu qed jivvotaw fl-elezzjoni għal mexxej ġdid fil-Pakistan.
Żoni oħra ġew milquta minn splużjonijiet żgħar u kif ukol ġlied bejn ħaddiema ta’ partiti differenti, liema diżgwid ħalla diversi persuni midruba u persuna mejta.
Persuni li għandhom dritt għall-vot bħalissa qed jiddeċiedu lil min se jagħtu l-vot, jekk hux lil Imran Khan jew lill-eks Prim Ministru Nawaz Sharif.
Minkejja li kien hemm sigurtà stretta fil-pajjiż, b’aktar minn 370,000 suldat stazzjonati madwar il-pajjiż biex jassiguraw li kollox miexi sew, xorta waħda nqala’ l-inkwiet.