Minn tal-anqas sebgħa u għoxrin persuna nqatlu wara li raġel armat spara għal fuqhom waqt li kienu qed jisimgħu quddiesa f’Taxes fl-Istati Uniti.
L-attakk seħħ fi knisja f’Sutherland Springs f’Wilson County.
Il-Kummissarju tal-Pulizija kkonferma fuq ix-xena tad-delitt li kienu nqtalu minn tal-anqas sebgħa u għoxrin persuna. Bosta oħrajn huma rrapportati li ndarbu fl-attakk.
Il-fergħa tal-FBI ta’ San Antonio qalet li l-aġenti tagħha jinsabu fuq il-post u s’issa għad m’hemmx indikazzjoni ta’ x’kien il-motiv wara dan l-attakk barbaru.
L-FBI żiedu jgħidu wkoll li l-attakk jidher li seħħ minn persuna waħidha, iżda qegħdin iħarsu għal possibilitajiet oħrajn.
Aġenzija tal-aħbarijiet lokali rrapportat li r-raġel daħal fil-knisja armat għall-ħabta tas-sitta u nofs. Żied jingħad li r-raġel inqatel wara l-attakk.