F’temp ta’ sentejn ġew irrappurtati ftit aktar minn 260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani. Dan ġie żvelat mill-Ministru Michael Farrugia fil-Parlament. Il-Ministru semma kif bejn l-2017 u l-2018 ġew irrapurtati total ta’ 570 każ b’rabta ma’ reati li għandhom x’jaqsmu ma anżjani li għanhom aktar minn 60 sena.
Fost ir-rapporti, kien hemm ftit aktar minn 180 każ irrappurtat b’rabta ma’ offii fuq il-persuna jiġifieri reati li setgħu waslu biex dawn l-anzjani sofrew minn xi ġrieħi.
Matul dawn is-sentejn, il-pulizija rċeviet 95rapport b’rabta ma’ reati fejn l-anzjani sfaw misruqa minn ħallelin li serqulhom il-basket u għosfru b’ħeffa lhiema bħala. Fuq l-istess nota, f’dawn is-sentejn kien hemm disa’ rapporti b’rabta ma’ każijiet ta’ ta’ serq li fihom intużat xi tip ta’ arma.
Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ rapporti marbuta ma’ vjolenza fuq l-anzjani naqas, hekk kif tul dawn is-sentejn kien hemm b’kollox 15-il rapport.