Għal sena oħra, fl-għada tal-Milied ħa ssir edizzjoni oħra tal-Istrina.
F’din il-maratona ta’ 12-il siegħa, li tibda għall-ħabta ta’ nofsinhar il-poplu Malti u Għawdxi huwa mistieden sabiex jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu. B’dawn il-flus immorru għal Malta Community Chest Fund.
Din hija l-ewwel Istrina taħt il-President George Vella, li meta lejliet il-Milied żar il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop huwa qal kif jinsab affaxxinat bix-xogħol u d-dedikazzjoni li jisru minn diversi voluntiera għall-preparazzjoni ta’ din il-maratona.
Matul il-ġurnata, l-istazzjon ONE se jxandar din il-maratona ta’ tnax-il siegħa.
Fl-aħħar jiem, ONE News iltaqa’ ma’ Ethel u Nick li jgawdu mill-għajnuna li tagħti l-Malta Community Chest Fund.
http://www.one.com.mt/2019/12/24/omm-li-ilha-4-snin-tiggieled-il-marda-tal-kancer-tibqa-pozittiva/
http://www.one.com.mt/2019/12/25/l-omm-ta-hdejja-bit-tarbija-tibki-u-tieghi-mhux-hdejja-omm-tifel-ta-3-snin-li-tela-londra-ghall-kura-7-darbiet/