Fl-2016 il-Pulizija rċeviet 27 rapport ta’ serq minn knejjes. Minn dawn, 9 każi kienu serq ta’ oġġetti appartenenti għall-istituzzjoni u 18 il-rapport kienu dwar serq ta’ oġġetti fuq viżitaturi. Ħames rapporti saru fil-lokalità tal-Belt Valletta, tlieta Birkirkara, tnejn il-Ħamrun, tas-Sliema u Żebbug. Il-lokalitajiet Bormla, Dingli, Fgura, Għarb f’Għawdex, il-Marsa, il-Mellieħa, il-Mosta, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, San Ġiljan, Sannat f’Għawdex, Santa Venera u Ħal Tarxien kellhom rapport wieħed rispettivament.
L-oġġetti misruqa li jappartjenu lill-Knisja jinkludi fost l-oħrajn serq ta’ u minn kaxxi tad-donazzjonijiet, għodod u oġġetti reliġjuzi bħall-pissidi u kurċfissi.
L-oġġetti rappurtati misruqa minn persuni li jżuru dawn il-postijiet jinkludu Mobile phones, basktijiet, kartieri u portmonijiet illi bosta drabi barra li kellhom il-flus u xi dokumenti personali varji, credit/debit cards u ċwievet. Sal-lum ma ġie solvut l-ebda każ minn dawk elenkati u allura ma tressqux persuni l-Qorti.
Din l-informazzjoni ħarġet wara li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela rrisponda għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Anthony Agius Decelis.