Mill-bidu tas-sena ’l hawn, l-Awtorità tal-Ippjanar iffirmat sitta u għoxrin fethim ma’ sittax-il kunsill lokali biex tiffinanzja proġetti ta’ tisbiħ f’għadd ta’ lokalitajiet fosthom il-Ħamrun, il-Belt u Birkirkara. Il-flus għalihom ġejjin mill-fond għall-Ippjanar u l-Iżvilupp.
L-Assistent Direttur fl-Awtorità tal-Ippjanar, il-Perit Frans Mallia qal li l-fond għandu bilanċ ta’ disgħa u għoxrin miljun ewro u fi Frar ġew iffirmati għaxar proġetti f’daqqa.
Tmintax-il lokalità se jaraw tisbiħ fil-lokalità tagħhom permezz ta’ proġetti ffinanzjati mill-Fond għall-Ippjanar u l-Iżvilupp.
Il-proġetti b’investiment ta’ aktar aktar minn żewġ miljun u mitejn elf ewro jfissru kwalità ta’ ħajja aħjar għal eluf ta’ residenti f’lokalitajiet bħal Ħamrun, il-Belt, Birkirkara u l-Mellieħa.
F’intervista ma’ One News, il-Perit Frans Mallia – Assistent Direttur fl-Awtorità tal-Ippjanar, qal li l-fondi jiġu mill-istess lokalità, u kienu mitqlu deheb biex bosta kunsilli sebbħu l-lokalitajiet tagħhom permezz tal-ħolqien u t-tiswija ta’ bosta faċilitajiet bħal ġonna pubbliċi u bandli.
Din għallinqas jgħiduha l-Kunsilli Lokali stess. Illi kieku ma kienx hemm dal-fondi, hafna mill-interventi, specjalment ta’ progetti li huma ghall-komunita: bandli, gonna, pavimentar gdid. Dan hafna b’minnhom b’dal-fondi saru. Kunsilli Lokali jghidulek: kieku ma kinux dal-fondi, ma konniex naghmluhom.
Fil-bidu tal-elfejn u sbatax dan il-Fond ra bidla notevoli, hekk kif illum jiġbor fih flus ġejjin minn tliet skemi – il-Commuted Parking Payment Scheme u l-Urban Improvement Fund – li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ parkeġġi meta jsir xi żvilupp – u għoxrin fil-mija tad-dħul mill-iskema tar-regolarizzazzjoni ta’ propjetà.
Fisser kif b’din l-iskema l-Kunsilli Lokali, minflok japplikaw f’numru ta’ fondi differenti, issa japplikaw f’wieħed li jiġborhom ilkoll flimkien.
Minn naħa tagħha l-Awtorità tal-Ippjanar tassigura li l-iżviluppi jew it-tisbiħ propost ikunu tal-aqwa ġid għall-komunità.
Naraw ukoll li d-dawl ma jinfirixx lagenba, izda l-isfel. Mela inti – kellna KL li qalulna – ma kellniex tgergir meta mplimentajna d-dawl gdid minghand il-girien ghax dahal id-dawl mit-tieqa.
Dikil-problema, wiehed jiehu l-opportunita u jindirizzaha.” 24sec+preroll
Fost it-tibdil li daħal fis-seħħ kien hemm li twessa’ l-għan tal-proġetti proposti mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Ħallejna qisu grey area, biex il-Kunsill Lokali ma torbotlux idejh jekk ikollu xi idea li ħadd ma ħaseb fiha, jew iltaqa’ magħha meta qed jivvjaġġa barra. Jew xi ħadd tah xi idea.
Igifieri inti kemm jista’ jkun ma torbotlux idejh għalxejn.”18sec+preroll
Żied jgħid li għalkemm il-fondi japplikaw għalihom il-Kunsilli, jistgħu jsiru minn għaqdiet mhux governattivi jew individwi, li però japplika għalihom il-Kunsill Lokali.
Sa nofs Marzu il-fondi disponibbli mhux użati kienu jammontaw għal kważi disgħa u għoxrin miljun ewro mqassma fuq tmienja u sittin lokalità.
Fondi li minn ftit xhur ilu ’l hawn jidher li qed tiżdied ir-rata ta’ użu tagħhom.
Bizzejjed nghidlek li fi frar kellna iffirmar ta’ progetti – 10 progetti f’daqqa – li mhijiex xi haga normali, u jidher li dit-trend se tkompli.
Is-Sur Mallia spjega li l-ħsieb hu li fil-ġejjieni tkun imħeġġa l-kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli, biex dawn iġibu flimkien il-fondi tagħhom u flimkien jindirizzaw kwistjonijiet komuni.