Minn tal-inqas 26 persuna tilfu ħajjithom wara li persuni armati attakkaw villaġġ f’Burdundi dan wara tensjoni li nħolqot kawża ta’ referendum kontroversjali.
L-irġiel armati qasmu l-fruntieri minn DR Congo biex iwettqu attakk fuq il-provinċja ta’ Cibitoke.
Huma marru minn dar għal oħra fejn qatlu u ħarqu d-djar li żaru.
Il-midja qed tirrapporta kif l-attakk seħħ bil-ħsieb li jfixkel milli jsir ir-referendum li mistenni jsir il-ġimgħa li ġejja.