Aktar kmieni din il-ġimgħa, 26 persuna sfidaw il-kesħa li qed tagħmel bħalissa u qabżu jgħumu. Dan bil-għan li jagħtu messaġġ ta’ tama lil dawk il-persuni li għandhom vizzju u jridu jegħlbuh.
Din il-qabża fl-ilma saret fil-bajja tax-Xlendi u ġiet organizzata mill-Fondazzjoni OASI.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din l-attività bdiet b’mixja mal-irdum ta’ Sanap u wara vjaġġ bil-kayak madwar il-kosta Għawdxija. Imbagħad kien hemm l-għawma fil-bajja tax-Xlendi għall-ħabta ta’ nofsinhar.