Ġuvni ta’ ħmistax-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku biswit id-Dog Park f’Ta’ Qali.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ bil-lejl meta żagħżugħ ta’ sbatax-il sena kien qed isuq vettura tal-għamla Renaut Zoe u għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ ħajt.
Fil-vettur kien hemm ukoll tliet ġuvintur ta’ ħmistax-il sena u ieħor ta’ sittax-il sena u tfajla ta’ sbatax-il sena.
Fuq il-post immedjatmanet issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġiet infurmat l-Maġistrat Victor Axiaq li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.