Ħidma li saret mill-Iskwadra tal-Pulizija u d-Dipartiment tad-Dwana wasslet biex instabu 25 kaxxa li fihom kien hemm 25,000 sigarett tal-kuntrabandu mingħajr dazju.
Is-sejba saret illum wara nofsinhar f’garaxx fil-Fgura.
Din hi waħda mill-bosta sforzi li qed isejru bejn id-Dipartiment tad-Dwana u l-Pulizija.