Fil-jiem li ġejjin, 25,000 delegat mistennija jaslu f’pajjiiżna, għall-ikbar festival tal-iGaming fid-dinja – SiGMA. Ġimgħa ta’ konferenzi u attivitajiet li ser iġġib magħha l-għeluq ta’ sena ta’ avvenimenti organizzati fuq livell globali, imtella’ mill-kumpanija SiGMA Group.
Huwa se jara’ 4 mill-aqwa ditti rinomati; SiGMA, AIBC, AGS, u Med-Tech World jgħaqdu flimkien l-aqwa talent fis-setturi tal-Igaming, teknoloġija emerġenti u tas-saħħa diġitali. Il-Festival SiGMA u AGS ser ikun qed iseħħ mill-14 sat-18 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Fieri u tal-Konferenzi, f’Ta’ Qali filwaqt li dak tal-AIBC u Med Tech ser ikun qed iseħħ mill-15 sa 19 ta’ Novemberu ġewwa l-Hilton Malta.
SiGMA Europe f’Malta – Opportunità unika għall-operaturi biex jibnu ħbiberija qabel relazzjoni ta’ negozju.
L-aqwa esperti
Il-konferenza se tara’ kelliema internazzjoni tal-ogħla livell u ser isservi bħala l-aqwa esperjenza ta’ netwerking B2B għall-operaturi, mexxejja u esebituri fl-industrija ġejjin minn madwar id-dinja.
L-aqwa konnessjonijiet
Il-Malta Week għandha ħafna opportunitajiet ewlenin għan-netwerking. Listi ta’ mistiedna magħżula bir-reqqa li jiżguraw li qed jinġieb l-aqwa talent mill-industriji tal-Igaming, teknoloġija emerġenti u teknoloġija medika.
Id-delegati jistgħu jistennew li jitħalltu mal-aqwa influencers u ħassieba li jinkludu:
Tim Burd, Scott Stornetta, Carl the Moon, Ivanontech, James Crypto Guru, Davinci, AMCrypto, Kyle Chasse, BTCTV, Nick Spanos, u Crypto Megan.
Minn avvenimenti sportivi kompetittivi w ta’ ħbiberija – bħall-padel, il-futbol, il-poker, uturnamenti tal-golf – Malta Week ħasbet għall-preparazzjonijiet biex l-investituri jibnu l-aqwa relazzjonijiet.
L-aqwa investituri
Wara vjaġġi ta’ suċċess f’Hong Kong, New Jersey, Tallinn, Kyiv u Bukarest, 300 affiljat tas-SiGMA Group ser ikunu qegħdin itiru lejn Malta. Dawn l-affiljati ser ikomplu jikkontribwixxu għal potenzjal ta’ iżjed investiment barrani f’pajjiżna.
L-aqwa ċans għal negozji ġodda
SiGMA temmen fil-potenzjal tal-istartups fis-suq globali. Mitt startup ġew allokati primespots fis-SiGMA Startup Village u qed jingħataw opportunita’ sabiex jesebixxu l-innovazzjoni tagħhom mal-aqwa investituri fl-industrija globali li ser tkun preżenti f’din il-fiera. Dan filwaqt li jipparteċipaw fil-kompetizzjoni StartUp Pitch, sabiex jiġu allokati finanzi biex isawwru t-teknoloġija tagħhom.
L-aqwa divertiment
Il-Malta Week ser ikolla wkoll programm ta’ divertiment mill-aqwa bl-istilla fir-rap Fat Joe ikkonfermat bħala l-mistieden ewlieni.
Se jsiru wkoll 6 iljieli ta’ premjijiet differenti li jiċċelebraw il-mexxejja li jsawru l-futur tal-industriji tal-logħob, il-marketing diġitali, it-teknoloġija emerġenti u s-saħħa diġitali.
Bħala parti mill-isforzi ta’ karità ta’ SiGMA Group, il-Fondazzjoni SiGMA se tospita wkoll diversi rkanti ta’ ġbir ta’ fondi matul is-serati tal-gala.
Interessat tkun parti minn din l-esperjenza? Agħfas fuq: SiGMA 2022: MFCC, Malta – SiGMA Events (sigmamalta.events)













