Fl-ewwel jum aktar minn 2,500 student minn skejjel primarji u tas-sekondarja żaru l-esebizzjonijiet interattivi li ġew mifruxa fuq aktar minn 5,000 metru kwadru fl-MFCC Ta’ Qali. L-istudenti ipparteċipaw f’numru ta’ ‘masterclasses’, sezzjonijiet ta’ tgħalim u oħrajn divertenti li kienu imħejjija minn esperti u imsieħba fl-industriji tal-esports u tal-video game development.
Dan kollu waqt l-akbar avveniment tal-esports u l-videogaming f’pajjiżna: Playcon. Dawn huwa avveniment uniku li jlaqqa’ taħt saqaf wieħed l-imsieħba ewlenin f’dawn l-oqsma, istituzzjonijiet edukattivi, kumpaniji lokali u internazzjonali li jispeċjalizzaw fl-esports u l-videogaming, kif ukoll ismijiet ta’ professjonisti Maltin u internazzjonali li qedgħin jibnu karriera f’dawn l-oqsma.
Playcon ser tkun miftuħa għall-pubbliku b’xejn għada s-Sibt 5 ta’ Novembru mill-10am sa 8pm u l-Ħadd 6 ta’ Novembru mill-10am sa 7pm.
Playcon huwa avvenimenti organizzat minn GMR Concepts, Gaming Malta u l-Ministeru Ghall-Ekonomija, l-Artijiet u Fondi Ewropej. Aktar informazzjoni fuq www.playcon.mt.