Tmiem il-ġimgħa kien wieħed ma jaqta’ xejn mix-xogħol għal diversi ħaddiema tal-Gvern li bħalissa għaddejjin bit-tindif ta’ scrapyard illegali f’ Birzebbuga.
Il-kobor tal-iscrapyard illegali f’Birzebbuga huwa evidenti mill-fatt li fl-aħħar jiem ħarġu 250 trakk ta’ kull tip ta’ skart goff minn dan is-sit, li jinsab f’zona barra l-iskema ta’ żvilupp u f’post mimli fdalijiet arkeoloġiċi.