Xjentisti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalu li kważi kwart ta’ biljun persuna fl-Afrika jistgħu jimirdu bil-Coronavirus f’sena.
L-istudju tagħhom wera li bejn mija u ħamsin elf, u mija u disgħin elf Afrikan jistgħu jmutu bil-COVID-19.
Ingħad li aktar minn ħames miljuni se jiġu bżonn kura fl-isptarijiet, fejn diġà hemm ħaddiema jitħabtu biex ilaħħqu mad-domanda għall-fejqan ta’ mard bħall-malarja, tuberkulożi u HIV.