L-Argument, mill-ġdid se jkun il-programm ewlieni fuq ONE li jiddiskuti l-futbol lokali u anke dak internazzjonali. Dan il-programm ilu jixxandar mill-1999 u issa se jkun qed jidħol fil-25 sena tiegħu.
Ritratti ta’ L-Argument tul is-snin




Minkejja dawn is-snin kollha L-Argument evolva maż-żminijiet iżda d-diskussjoni mqanqla baqgħet fost l-ingredjenti ewlenin li tagħmel dan il-programm uniku u differenti minn programmi simili. Apparti innovitajiet ġodda li se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin, L-Argument se jibqa’ jwassal servizzi estensivi dwar il-partiti kollha mill-Kampjonat Premier kif ukoll tibqa’ tingħata ħarsa lejn il-Kampjonati l-oħra fosthom Challenge u Amateur Leagues, futbol f’Għawdex u dak femminili kif ukoll il-futsal. Matul il-programm tingħata ħarsa lejn l-aqwa logħbiet mill-futbol internazzjonali tal-weekend kif ukoll logħbiet mill-UEFA Champions League.
Id-diskussjoni dwar it-timijiet nazzjonali Maltin huma diskussjonijiet li jqanqlu interess kbir u għalhekk it-tim tal-produzzjoni tal-programm L-Argument ħaseb biex għal skeda oħra mhux biss iwassal diskussjoni ta’ livell, iżda servizzi saħansitra minbarra l-pajjiż.
Ingħaqdu ma Clinton Buhagiar u l-mistiedna tiegħu kull nhar ta’ Ħadd minn Ottubru li ġej.
Ritratti ta’ L-Argument tul is-snin



