Qed jiġi mfakkar il-25 anniversarju minn meta Serbi Bosinjaċi ħatfu l-belt ta’ Srebrenica fil-Bosnja-Herzegovina. F’inqas minn ġimgħatejn dawn il-forzi qatlu aktar minn 8,000 Bosinjaċi Musulmani. Dan il-ġenoċidju huwa kkunsidrat fost l-agħar att ta’ qtil tal-massa fuq art Ewropea minn tmiet it-Tieni Gwerra Dinjija.
Minkejja l-għadd ta’ persuni mibgħuta mill-Ġnus Magħquda biex jassiguraw il-paċi, ma kienux aġġixxew meta għall-għaxart ijiem sħaħ il-forzi mmexxija minn Ratko Mladic wettqu l-ġenoċidju fuq eluf ta’ persuni. Tant li L-eks Segretarju Ġenerali tal-UN, Kofi Annan kien qal illi l-istorja tal-UN se tibqa’ mtappna mit-traġedja ta’ Srebrenica.
Dan il-massakru kien wieħed minn diversi kunflitti miġġielda fis-snin 90 mal-waqa’ tal-Jugoslavja.