Qorti f’Moska sabet ħati lill-akbar għadu tal-Kremlin fuq akkużi ta’ tradiment u kritika ħarsa lejn il-militar Russu, u tatu sentenza ta’ ħamsa u għoxrin sena ħabs.
Vladimir Kara-Murza Jr, attivist prominenti mal-Oppożizzjoni li skansa l-mewt darbtejn, kien ilu maqful f’ċella sena – proprju minn meta ġie arrestat. Hu ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.
L-akkużi kontra Kara-Murza saru wara diskors li ta fil-15 ta’ Marzu, indirizzat lill-Arizona House of Representatives, fejn iddinunzja l-azzjoni militari Russa fl-Ukrajna.