Ħamsa u għoxrin persuna mietu filwaqt li mijiet oħra weġġgħu hekk kif żbroffa l-vulkan Fuego fil-Gwatemala.
Il-vulkan, li jinsab erbgħin kilometru fil-Lbiċ tal-kapitali Guatemala City, qed jarmi ġebel, duħħan iswed u irmied fl-ajru.
In-National Disaster Management Agency qalet li xmara ta’ lava laqtet il-villaġġ ta’ El Rodeo, u qerdet djar u ħarqet in-nies li kienu fihom.
F’Guatemala City, l-ajruport La Aurora ingħalaq minħabba l-irmied fl-arja.