Ilbieraħ membri tal-Committee Against Bird Slaughter (CABS) sabu gaġġa b’25 gamiema, viċin l-Għarb Għawdex. Fi kliem il-kumitat il-gaġġa kellha fiha 25 gamiema li ġew konfiskati u rilaxxati lura fl-ambjent naturali tagħhom mill-Pulizija ta’ Għawdex.
Il-Kumitat kellu kliem ta’ tifħir għall-awtoritajiet li ħadu azzjoni immedjata.