Fuq il-midja soċjali l-għaqda Puttinu Cares ħabbret li 25 appartament jinsabu okkupati minn pazjenti Maltin li tellgħu l-Ingilterra għall-kura.
Puttinu Cares qed tappella lill-pubbliku sabiex jagħti d-donazzjonijiet tiegħu ħalli tkun tista’ tibni appartamenti ġodda fiċ-ċentru ta’ Londra. Bħalissa nġabar nofs l-ammont tal-flus li hemm bżonn għal dan il-proġett.
Huwa stmat li bejn kull xahar qegħdin jitilgħu l-Ingilter bejn 60-90 għal aktar kura. Għalhekk 25 appartament mhumiex biżżejjed biex jakkomodaw il-pazjenti kollha.
Puttinu Cares qed jappella biex min għandu xi kuntatti fl-Ingilterra għandu jikkuntatjahom fuq info@puttinucares.org sabiex jgħin lill-Puttinu Cares isibu blokk appartamenti ieħor fiċ-ċentru ta’ Londra.