Qishom xeni mill-infern ta’ Dante. Iktar minn 240 persuna mietu filwaqt li 368 persuna weġġgħu wara t-terremot fl-Italja. Eluf ta’ ħaddiema tas-salvataġġ komplew ifittxu matul il-lejl għal persuni li setgħu salvaw wara t-terremot li laqat lil Perugia nhar l-Erbgħa.
Ħafna aktarx għadhom taħt it-tifrik, hekk kif iktar minn 4,300 ħaddiem qed jużaw makkinarju kbir u anke idejhom biex jinstabu dawn in-nies.
Il-Ministru tas-Saħħa qal li ħafna mill-vittmi huma tfal, filwaqt li n-numru ta’ mwiet jista jikber.
It-terremot, li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter, seħħ fit-3:36am tal-Erbgħa. L-agħar postijiet milquta kienu bliet żgħar u villaġġi li jinsabu fiż-żona muntanjuża fejn ir-reġjuni Umbria, Lazio u Le Marche jiltaqgħu.