24 uffiċjal ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala Kuntistabbli tal-pulizija ta’ riserva aktar kmieni dalgħodu waqt ċerimonja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Huma ngħataw it-taħriġ neċessarju fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati f’Ta’ Kandja wara li kienet ħarġet sejħa għall-eks membri tal-Korp u uffiċjali li rtiraw minn Korpi Dixxiplinati varji.
Preżenti għall-okkażjoni kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà li spjega kif ta’ kull sena l-korp qed idaħħal demm ġdid permezz tar-reklutaġġi.
Dan filwaqt li l-esperjenza li joffru l-eks membri tal-korpi dixxiplinati hija ta’ importanza u għaldaqstant huwa għalhekk li jiġu nġaġġati bħala Kuntistabbli ta’ Riserva.
Hu għamel referenza għad-dokumenti li jħaddnu l-istrateġija ta’ trasformazzjoni u tal-kodiċi ta’ etika li permezz tagħhom il-korp ikun eqreb tal-komunità.
Dan filwaqt li Malta tibqa’ fost l-aktar pajjiżi sikuri fid-dinja.