Ferħ, briju u pjaċir.
Dan kien is-sentiment li kkaratterizza tournament fil-Grawnd ta’ Santa Venera, bejn 24 tim differenti, b’etajiet varji, u li lkoll ġejjin minn diversi lokalitajiet minn madwar il-pajjiż.
Xi ħaġa waħda li tgħaqqadhom – l-iskop filantropiku, bl-iskop waħdieni jkun, li jinġabru l-fondi għall-Fondazzjoni, Puttinu Cares, li sa mill-bidu tagħha, dejjem fittxet tgħin persuni u tfal li jkunu jeħtieġu l-kura, anke barra minn xtutna.
Tkellimna ma’ diversi tfal preżenti, bit-tbissima tagħhom tixhed mhux biss l-imħabba tagħhom lejn il-logħba tal-ballun, iżda wkoll il-passjoni tagħhom biex jgħinu lil ħaddieħor.
Tkellimna wkoll ma’ waħda mill-organizzaturi ta’ dan l-avveniment, Desmea Cauchi, li spjegat l-għan aħħari ta’ dan it-tournament.
“Aħna qed nagħmluha għal kawża ta’ Puttinu, għat-tfal li huma morda. Jaf illum inqum b’saħħitna imma jaf ikolna bżon għada allura ngħinu lil kull minn jista.”
Desmea Cauchi – organizzatriċi