Iltqajna mal-parteċipanti tal-mixja bla waqfien għal 24 siegħa, waqt li kienu waslu Santa Venera fi triqthom lejn il-Ħamrun. Godwin Debattista, il-‘Goddo’ jidħol għal attivitajiet ta’ din ix-xorta, għall-karità, b’ruħu u ġismu.
“Din il-mixja aħna qed nagħmlu din il-ġabra għall-Fondazzjoni Sebħ, għat-tfal li jgħixu fi djar tagħhom. Huma jixtiequ jmorru btala, dawn it-tfal għandhom ħolma li jmorru għall-ewwel darba bl-ajruplan. Aħna qed nagħmlu l-almu tagħna f’din il-mixja biex niġbru dawn il-fondi, ħalli jsiefru għal-ewwel darba.”
GODWIN DEBATTISTAREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mixja ‘Pass Pass mas-Sebħ’ kellha l-inżul u t-tlajja tagħha wkoll.
“L-avventura bdiet ilbieraħ fit-3 ta’ wara nofsinhar fl-Imġarr Għawdex, u mxejna d-dawra t’ Għawdex. Ġiet maltempata qalila, xita bir-ragħad, konna għaddejjin minn Wied l-Għasri, bdejna telgħin it-telgħa u l-ilma ġej għalina. Bdejna naħsbu hux se nkompluha però kulħadd mit-tim, qaluli nibqgħu għaddejjin għal dawn it-tfal.”
GODWIN DEBATTISTA
Debattista stqarr magħna li huwa mportanti li l-pubbliku jagħti sehmu b’mod finanzjarju għal Fondazzjoni Sebħ. Min jixtieq jagħti għotjiet jista’ jżur il-paġna fuq Facebook ta’ ‘Pass Pass mas-Sebħ’ jew jidħol dirett fis-sit tal-Fondazzjoni Sebħ – https://sebh.mt/donate/