Nhar l-10 t’April 2001, l-Olanda saret l-ewwel pajjiż li llegalizza l-ewtanasja f’mossa li kienet mistennija tħeġġeġ lil diversi pajjiżi oħra Ewropej biex isegwu l-istess.
Waqt li dimostranti nġabru barra l-parlament Olandiż, il-75 senatur tal-pajjiż approvaw l-abbozz ta’ liġi li jippermetti lit-tobba jtemmu l-ħajja ta’ pazjenti morda terminali f’ċerti ċirkostanzi preskritti. B’senatur wieħed assenti, il-kamra vvotat 46 kontra 28 biex tintroduċi l-liġi, riżultat li kien diġà magħruf minn qabel kemm minn dawk favur kif ukoll dawk kontra. Hekk kif dawk favur l-ewtanasja kellhom il-kontroll ta’ 46 mill-75 siġġu tas-sena u aktar minn 90% tal-popolazzjoni Olandiża appoġġjat l-abbozz. Dan barra li l-ewtanasja kienet ilha tiġi pprattikata b’mod informali għal għexieren ta’ snin.
Iżda dan ma waqqafx lill-avversarji tal-leġiżlazzjoni l-ġdida milli jipprotestaw f’tentattiv għalxejn biex jipperswadu lis-senaturi ħalli jimblukkaw l-abbozz. Attivisti Kristjani kantaw innijiet fil-bitħa tas-senat filwaqt li mill-inqas 5,000 ruħ, ħafna minnhom tfal tal-iskola, għamlu marċ sieket mill-istazzjon tal-ferrovija sal-pjazza pittoreska tal-belt Plein.
Il-liġi daħlet fis-seħħ nhar l-1 t’April 2002.
Il-Belġju ma damx wisq ma għamel bħal l-Olanda ftit xhur wara.
Is-suġġett huwa wieħed diskutibbli iżda l-fatt hu li s’issa l-ewtanasja, barra fl-Olanda u l-Belġju, hija biss legali fil-Lussemburgu, Kolombja, Kanada, Spanja, New Zealand, Portugal, l-Ekwador u l-Awstralja.