24 persuna ġew arrestati wara li nstab li kienu qed jgħixu Malta f’mod illegali.
Kien aktar kmieni dalgħodu meta Pulizija mill-Iskwadra tal-Immigrazzjoni, wettqu numru ta’ spezzjonijiet f’Għawdex fejn ġew mitkellma diversi nies ta’ nazzjonalitijiet different u minn hemm komplew f’numru ta’ proprjetajiet fis-Sannat u Marsalforn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Matul dawn it-tfittxijiet il-Pulizija arrestat 24 persuna, wara li nstab li, fost oħrajn, kienu qed jgħixu Malta b’mod illegali.
Dawn ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana fejn inbeda l-proċess sabiex dawn il-persuni ma jibqgħux fil-pajjiż.
Il-Pulizija kienet assistita minn uffiċjali mis-Servizz ta’ Detenzjoni. Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.