F’ċerimonja ngħataw il-warrant, 24 perit ġdid, li issa se jibdew il-ħidma uffiċjali tagħhom f’din il-professjoni.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia.
Hawnhekk huwa għadda l-messaġġ li b’xogħolhom u l-kreattività tagħhom se jkunu l-periti tal-kwalità tal-ħajja.
Is-Segretarju Parlamentari Farrugia fisser kif l-irwol ta’ Perit mhux sempliċiment professjoni, iżda hi vokazzjoni li trid tara lil Malta ta’ għada isbaħ minn dik tal-lum.
Huwa appella biex il-periti l-ġodda sabiex ikunu ambizzjużi, innovattivi u fuq kollox ta’ ispirazzjoni b’ħidmithom.
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Warrant tal-Periti, l-Avukat Frank Psaila appella sabiex dawn il-periti l-ġodda jfittxu li joħolqu strutturi siguri, sbieħ u li jtejbu l-kwalità tan-nies u tal-pajjiż.