24 persuna nqatlu f’sensiela ta’ attakki mill-ajru f’Idlib fis-Sirja fl-aħħar sigħat. Jidher li ż-żona li fuqha seħħ l-attakk hija waħda maħkuma mill-Oppożizzjoni Sirjana.
B’kollox l-attakki mill-ajru laqtu erbat ibliet żgħar fil-provinċja u hu mifhum li ammont konsiderevoli tal-vittmi huma tfal taħt it-18-il sena.
Ritratt: BBC News