Wara li nhar is-Sibt 8 ta’ Settembru tħabbar li ntlaħaq ftehim ma’ 18-il operatur tat-trasport li se jkunu qed joffru servizz lill-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja u indipendenti permezz ta’ skema ġdida ta’ trasport b’xejn offruta mill-Gvern, 24-il operatur ġdid ieħor wera l-interess biex jidħol f’din l-iskema.
Ġaladarba operaturi ġodda jidħlu f’din l-iskema b’mod uffiċjali, l-lista ta’ operaturi approvati fl-iskema tkun aġġornata regolarment fuq is-sit www.schooltransport.edu.mt.
Sadanittant, il-Ministeru jfakkar li, operaturi oħra tat-trasport li huma interessati jidħlu f’din l-iskema għandhom l-opportunità li jagħmlu dan billi jaċċessaw is-sit u jibgħatu l-interess tagħhom.