239 persuna tressqu l-Qorti fuq reati ta’ diversi każi relatati ma’ tlajjar u prostituzzjoni mis-sena 2013.
Dan ifisser li mis-sena 2013 sa Settembru ta’ din is-sena, tressqu 209 mara u 30 raġel.
Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, waqt li kien qed jirrispondi mistoqsija Parlamentari, spjega kif 221 minn dawn kienu Maltin, fil-waqt li t-18 l-oħra kienu ta’ nazzjonalità barranija.