Tlieta u għoxrin student jistgħu jibdew jipprattikaw il-professjoni tal-psikoloġija, wara li temmew l-istudji tagħhom b’suċċess.
Dawn il-professjonisti issa se jkunu qed jagħtu assistenza u għajnuna fil-komunità, b’uħud minnhom speċjalizzati fil-counselling, sport psychology, u fit-tmexxija ta’ riżorsi umani, fost oħrajn.
Il-gradwazzjoni saret nhar it-Tnejn filgħaxija, fejn matulha l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ippreżenta l-warrants lill-gradwati li temmew l-istudji tagħhom b’suċċess.
Il-Ministru Michael Falzon appella għal aktar koordinazzjoni bejn il-professjonijiet kollha, speċjalment dawk tal-psikoterapija, il-psikoloġija, il-counselling u l-psikjatrija. Il-ministru enfasizza wkoll l-importanza tal-ispirtu ta’ tim, sabiex l-aqwa interessi tal-klijent dejjem jingħataw prijorità.