Fl-2001, il-kumpanija Apple introduċiet l-iPod, media player portabbli ġdid, li kompla jirrivoluzzjona l-mod kif tista’ titgawda l-mużika fil-pubbliku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-apparat żgħir, iddisinjat differenti minn oħrajn disponibbli fis-suq preċedentement, fosthom il-Walkman tas-Sony, flimkien mal-ħanut tal-mużika onlajn li jakkumpanjah, kien wieħed ta’ suċċess kbir u, sa ċertu punt, ikkundanna l-bejgħ tas-CDs u MP3 players antiki.
L-iPod innifsu spiċċa jitwaqqaf għal kollox, wara l-introduzzjoni ta’ sistemi u prodott aktar avvanzati teknoloġikament, inkluż l-iPhone tal-istess Apple, li x-xogħol tiegħu kien inkorporat fl-istess smart phone.