“Iż-żfin hu l-aqwa għodda għal persuni bil-parkinson’s u Malta għandha fost l-aqwa programmi fl-Ewropa għal dan il-għan.” Kien dan is-sentiment li għadda David Lenthal, żeffien mill-Istati Uniti li ilu iktar minn 23 sena jgħallem iż-żfin lil persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-Parkinson’s.
Fost id-29 pajjiż madwar id-dinja li żar, Lenthal iddeċieda li jiġi Malta.
Crew ta’ ONE News żar waħda mill-klassijiet ta’ taħriġ li mexxa fostna kemm għal persuni bil-kundizzjoni u qrabathom kif ukoll lil dawk li jaħdmu fis-settur u jixtiequ jgħallmu ż-żfin bħala terapija għal nies bil-Parkinson’s.
Mal-mikrofonu tagħna hu spjega li ż-żfin mhuwiex biss ta’ benefiċċju kbir b’mod fiżiku għal min għandu xi tip ta’ marda kronika simili, imma wkoll jgħin mentalment, għax tali persuni jħossuhom iżjed jagħmlu parti minn komunità sabiħa u inklussiva.
“I often say dance fits Parkinson’s like a glove. I think dance provides perfect intersection of strong physical activity, simulation, espressive opportunities to speak with your body and that social component that is so important when we are living with a chronic disease. And really for all adults, we all want places where we can connect with others.”
DAVID LENTHAL
Fil-fatt l-għaqda mhux governattiva Step Up for Parkinson’s toffri klassijiet bla ħlas ta’ żfin għal nies li jgħixu bil-Parkinson’s f’postijiet differenti madwar Malta, fosthom Ħal Safi, is-Swieqi, in-Naxxar, ir-Rabat u Birżebbuġa.
David Lenthal spjega li, mal-wasla tiegħu f’Malta, ħass ċertu sens ta’ għaqda, għax għalkemm il-ħajja ta’ persuna bil-Parkinson’s mhijiex dejjem ward u żahar, dawn il-persuni, li jitgħallmu, qed jagħmlu dan bil-għan li jagħmlu l-ħajja ta’ ħaddieħor ftit iktar faċli.
“The Malta programme is one of the most established in Europe. It turned out this year to be a reality and I am so pleased because what I sensed here was a vibrant community of people living with Parkisnon’s who want to engage in dance, who want to get great benefit from dancing but even a community of teaching artists who are dedicated to support the community of people living with Parkinson’s.”
DAVID LENTHAL
Sadanittant, fis-26 ta’ Ottubru li ġej, b’xandira diretta fuq ONE, Step Up for Parkinson’s se tkun qed tagħmel maratona televiżiva bl-isem ta’ ‘Ħajja Aħjar’.